Hamza Mohamud Ibrahim, Somalu, inżamm arrestat wara li fil-Qorti ammetta fuq akkużi ta’ serq minn diversi karozzi fil-Marsa.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ il-Ġimgħa waranofsinhar, fi Triq Azzopardi, meta daħal rapport minn mara li raġel ipprova jiftaħ il-karozza tagħha, minkejja li kienet imsakkra.
Ġie spjegat ukoll li r-raġel ipprova jiftaħ karozzi oħrajn u rnexxielu jsib vann miftuħ.
Intqal ukoll li r-raġel huwa riċediv, hekk kif ingħata sentenza sospiża aktar kmieni dan ix-xahar.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella qalet li s-sentenza se tingħata l-ġimgħa d-dieħla.