Steve Bannon, li serva bħala wieħed mill-istrateġisti tal-eks President Amerikan, Donald Trump, qabel u waqt it-tmexxija tiegħu, ntbgħat erba’ xhur ħabs.
Dan b’rabta mal-attakk li eskala f’Capitol Hill f’Washington, fis-6 ta’ Jannar tal-2021. F’dan l-attakk, li kien meqjus bħala attakk fuq demokrazija Amerikana, ħames persuni tilfu ħajjithom filwaqt li mijiet oħra ndarbu.
Huwa ġie akkużat li rrifjuta li jipprovdi x-xhieda tiegħu u d-dokumenti mitluba minnu b’rabta ma’ dan il-każ.
Barra minn hekk, Bannon ġie mmultat sitt elef u ħames mitt dollaru Amerikan, minkejja li jiċħad li għamel xi ħaġa kontra l-liġi.