“Il-prijorità tal-Gvern għandha tibqa’ li jżomm il-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi u n-negozji stabbli.”
Kien b’dan il-mod li l-General Workers Union, indirizzat is-sitwazzjoni tal-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-enerġija għaż-żmien li ġej, fid-dokument ta’ qabel il-Budget.
Il-General Workers Union faħħret il-politika tal-Gvern li permezz tagħha żamm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli f’pajjiżna fl-aħħar xhur. Fil-fatt, hawn irreferiet għall-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn ġie rrimarkat li għall-kuntrarju ta’ pajjiżi oħrajn Ewropej, dawn mhux jikkontribwixxu għal aktar żieda fl-inflazzjoni.
L-Union faħħret ukoll l-appoġġ tal-Gvern fl-importazzjoni tal-qmugħ u ċ-ċereali li wkoll ikkontribwixxew mhux ftit biex illum pajjiżna għandu t-tieni l-inqas rata ta’ inflazzjoni fiż-Żona Ewro.
Fid-dokument tagħhom il-General Workers Union sostniet ukoll li l-Gvern għandu jinjora suġġerimenti sabiex jadotta miżuri ta’ awsterità.