Il-tliet timijiet Maltin tal-Pool, li qedin jirrapreżentaw lil Malta fil-kampjonati mondjali li qedin issiru gewwa l-Irlanda, kellhom bidu mill-aqwa meta kisbu tliet rebħiet soddisfacenti.
It-tim Malti tal-irgiel kiseb rebha eċċitanti ta’ 11-10 fuq it-tim qawwi Irlandiż. Bir-riżultat ta’ 5-0 minn taħt il-players Maltin baqgħu determinati u dawru r-rżzultat f’ rebħa importati ta’ 11-10 bil-player Malti Ryan Pisani jikseb tliet rebhiet. It-tim Malti taz-zgħazagħ ta’ taħt il-ħamsa u għoxrin sena kiseb rebħa tajba ta’ 6-3 fuq it-tim nazzjonali Ingliż B bil-protagonista tal-logħob ikun Christ Zaffarese bi tliet rebħiet.
It-tim Malta tal-Over 50’s kellu bidu mill-aqwa b’ rebha kbira ta’ 15-9 fuq it-nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq. F’ din il-logħba spikka l-players Malti Christ Mills b’erba rebħiet.