It-Tlieta wara nofsinhar il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ħabbar is-sospenzjonijiet tiegħu bil-goalkeeper ta’ Gudja United Manuel Bartolo jiġi sospiż tlett logħbiet hekk tkeċċa minfuq il-bank tas-sostituti waqt l-partita tat-Tnejn kontra Marsaxlokk.
Clive Gauci u Nikolai Muscat ta’ Gżira United se jitilfu l-logħba kontra Valletta hekk kif ġew sospiżi logħba kull wieħed. Anke Eslit Sala ta’ Valletta ser jitlef lis-stess konfront hekk kif hu wkoll ġie sospiż logħba.
Ali Diakite ta’ Hibernians ġie sospiż logħba u ser jitlef il-konfront kontra Gudja United filwaqt li Takuma Yamaguchi ta’ Pieta mhux ser jkun jista jilgħab kontra Santa Lucia hekk kif huwa wkoll ġie sospiż logħba.