Il-Pulizija, assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni u kif ukoll dawk mid-Direttorat għasSaħħa Ambjentali, arrestat 22 persuna li nstabu li kienu qegħdin jgħixu Malta b’mod irregolari.
Dan hekk kif it-Tlieta filgħodu komplew l-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari f’pajjiżna, din id-darba f’San Ġiljan.
Dawn il-persuni, mill-Alġerija, is-Sirja, it-Tuneżija, il-Gambja, is-Somalja u n-Niġerja, ittieħdu
f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.
Il-ħidma b’rabta ma’ dan se tissokta fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.