Il-weightlifter żagħżugħa spiċċat fil-ħames post fil-Kampjonati Ewropej tal-Juniors u fil-Kampjonati tal-Weightlifting tal-U23 li saru l-Albanija.
Thornton, li għandha 17-il sena, refgħet 78 kilogramm fl-ewwel refa’ tagħha tal-iSnatch iżda ma rnexxiliex terfa’ 80 kilo fit-tieni u t-tielet tentattiv. Hija b’hekk temmet fil-ħames post fil-kategorija Snatch.
Fil-Clean & Jerk hija refgħet 98 kilo fl-ewwel tentattiv biss falliet iż-żewġ tentaytivi tagħha, rispettivament 101 kilogramm u 102 kilogrammi, biex tilfet ukoll ċans għar-rebħ ta’ midalja.
Anke fil-Clean & Jerk spiċċat fil-ħames post.