Malta se tospita l-kampjonati dinji tad-dilettanti taċ-Chess fil-Paradise Bay Resort il-Mellieħa bejn l-20 u t-30 ta’ Ottubru. F’dan it-turnament prestiġjuż jistgħu jipparteċipaw plejers li għandhom rating ta’ inqas minn 2300.
Ħa jkun hemm sitt kampjonati. Dawn b’rating taħt il-1700 kif ukoll dawk bla rating; dawk b’rating taħt l-2000 u dawk inqas min 2300. Jekk ikun hemm numru biżżejjed, in-nisa jkollhom kompetizzjoni għalihom.
Huwa mistenni li jipparteċipaw iktar min mitejn plejers min madwar id-dinja. L-iktar pajjiż rapreżentat huwa Malta bi 18-il plejer. Il-Polonja għandha 14-il plejer u l-Indja 13. Hemm b’kolox 51 il-pajjiż repreżentati, foshtom l-Awstralja (1) il-Brazil (5) l-Istati Uniti (6) u l-Filippini (1). Il-lista kompleta hija hawn http://chess-results.com/tnr669871.aspx?lan=1&art=0&flag=30
Malta se tkun repreżentata mill FM (Fide Master) Clarence Psaila (1978), Oliver Said (1914), Jack Mizzi (Junior Champion), Dusan Djokic, Mario Psaila, Elena Ghitza, John Richards, Timothy Vella, Ian Refalo, Luke Fleri, Claude Licari, Adam Buckle, Leonardo Zangrilli, Jacob Leigh Micallef, David Gauci, Stephen Busuttil Naudi, Isaac Grima Bongailas and Lev Krutis.
Ħamsa mill-arbitri huma Maltin – IA (International Arbiter) Noel Grima, FA (Fide Arbiter) Duncan Vella, Peter Sammut Briffa, Robert Novak and Filipina Thornton.
Il-logħob se jkun kuljum mill-Ġimgħa 21 sas-sibt 29 ta’ Ottubru fl-4pm.
Għall-aktar dettalji żuru s-sit https://malta2022.net