Tnediet l-ewwel sejħa għall-proġett ibbażat fuq 3 snin li joffri pjattaforma sabiex l-artisti jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom. Il-Fond Ewropew tal-Festivals għall-Artisti Emerġenti jagħti pjattaforma lill-artisti anke fuq livell internazzjonali, permezz ta’ festivals tal-arti.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, stqarr li dan il-fond se jindirizza l-bżonnijiet tal-artisti f’livelli differenti u jagħti aktar viżibilità fuq livell Ewropew.
Id-Direttur Maniġerjali ta’ ARC Research & Consultancy, Davinia Galea qalet li din hi pjattaforma li tagħmel lill-artisti aċċessibbli għall-pubbliku. Id-direttur ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala, qalet li din hija opportunità kbira li sservi bħala network u tagħti lok għal kollaborazzjonijiet internazzjonali ma’ festivals Ewropej oħra.
Il-Fond Ewropew tal-Festivals għall-Artisti Emerġenti jistieden festivals minn 44 pajjiż Ewropew biex japplikaw għal waħda mill-50 għotja li qed jiġu assenjati fl-2022.
Pajjiżna huwa wieħed mill-14-il pajjiż Ewropew li ġabu dan il-proġett. Din hija inizjattiva tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Festivals. Din is-sejħa se tibqa’ miftuħa minn issa sal-15 ta’ Novembru 2022.