Żagħżugħ ta’ sittax-il sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti inżamm arrestat fil-ħabs għall-minuri Yours wara li ammetta li sawwat lil ommu.
Huwa ġie akkużat li fl-14 ta’ Awwissu, kkaġuna ħsara volontarja fuq ommu wara li ħebb għaliha fid-dar tagħha mingħajr il-ħsieb li jpoġġilha ħajjitha fil-periklu.
Iż-żagħżugħ kien akkużat ukoll li beżża’ lil ommu li tintuża l-vjolenza fuqha.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih filwaqt li l-arrest tiegħu ma kienx ikkontestat.
Id-Difiża għamlet talba sabiex isir rapport ta’ inkjesta dwar iż-żagħżugħ sabiex jiġu indirizzati l-problemi ta’ rabja li għandu, liema talba intlaqgħet mill-Prosekuzzjoni u ġiet onorata mill-Qorti.
Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat iżda din ma kinitx milqugħa mill-Qorti hekk kif il-Maġistrat tal-Għassa, Astrid May Grima żammitu arrestat fil-ħabs tal-minuri fl-Imtaħleb sakemm tkun lesta l-inkjesta.