Il-bastiment Żvediż Götheborg, bi storja twila li tmur lura għas-seklu 18, sorġa fil-Belt Valletta.
Götheborg huwa l-akbar bastiment tal-qlugħ tal-injam fid-dinja li għadu jbaħħar, u huwa replika ta’ vapur li għereq barra Gothenburg fl-1745.
Il-Götheborg qiegħed fuq vjaġġ ta’ sentejn, u Malta hija t-12-il waqfa tiegħu fuq din l-espedizzjoni. Abbord il-bastiment hemm iktar minn sebgħin membru tal-ekwipaġġ. Il-kaptan ta’ dan il-bastiment, Torman Hildmar, qal li din kienet l-ewwel darba li ġie Malta u jinsab kuntent b’din l-esperjenza indimentikabbli.
Huwa qal, “We like to come to Malta because it’s on the way in the Mediterranean, where we are going to Barcelona and we are going to stay there for the Winter, and then we will move on to China next year. The crew is very nice, they are here voluntarily and most of them are very full of spirit and like to be here on the ship. It’s like they did in the 1700s.”
L-uniku Malti li qed jaħdem abbord dan il-bastiment tkellem ma’ ONE News u, b’ferħ kbir, qal li kienet xi ħaġa emozzjonanti li ntgħażel għal din l-esperjenza ta’ darba, għax huwa fanatiku tal-istorja.
Qal, “Għalija kienet xi ħaġa sorpriża li kont se nkun l-uniku Malti hawnhekk, nidħlu ġol-Port il-Kbir ġo dan il-vapur tas-seklu 18, nista’ ngħid, u kienet esperjenza li inti tħoss x’kienu jħossu il-baħrin dak iż-żmien meta jaraw lura arthom. Jien u l-mara nħobbu nivvjaġġaw ħafna u darba minnhom rat riklam tiegħu u bagħtituli u għidt: “mhemm xejn iktar uniku fid-dinja li tgħix esperjenza kif kienu jgħixu dak iż-żmien bħala fanatiku tal-istorja.”
ONE News tkellem ukoll ma’ tfajla Ċiniża li wkoll qed taħdem fuq dan il-bastiment. Fost il-ħafna xogħlijiet li jridu jsiru ta’ kuljum, hija qed tieħu diversi ritratti u filmati li jippromwovu iktar lil dan il-vapur.
Hija qalet, “On board I try to take some photos and some videos of our crew, so yes, I have some beautiful photos and I would try to cut a small video to show the Chinese audience what kind of life on board.”
B’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-vapur se jkun irmiġġat fil-Valletta Waterfront mill-14 sat-18 ta’ Ottubru, u se jkun miftuħ għall-viżitaturi.