L-Awtoritá tal-Mediċini approvat żewġ tipi oħra ta’ morning after pill, l-pillola Levonelle u l-pillola Escapelle. Dawn il-mediċini fihom is-sustanza levonorgestrel u għandhom jittieħdu fi żmien 72 siegħa wara relazzjoni sesswali.
L-Awtoritá stqarret li hija favur dawn il-prodotti mediċinali u li se tkun qed tipprovdi informazzjoni fattwali lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u lill-konsumaturi biex id-deċiżjoni jekk jieħdux din il-pillola jew le tkun ibbażata fuq l-informazzjoni provduta.
Dan ifisser li s’issa, l-mediċini awtorizzati bħala kontraċettivi ta’ emerġenza huma tlieta:
- ellaONE 30mg
- Levonelle 1500mg
- Escapelle 1500mg