Fil-15 ta’ Ottubru tal-1920, 12-il raġel minn diversi setturi tas-soċjetà, kollha ħaddiema, iltaqgħu l-Belt u waqfu l-‘Camera del Lavoro’ jew kif kien magħruf bħala l-Partit Laburista.
Dan kien żmien meta l-ħaddiema Maltin ma kinux għaddejjin minn żminijiet faċli wara l-Gwerra l-Kbira, meta ħafna spiċċaw mingħajr xogħol. Dan wassal biex il-Maltin irvellaw fl-irvellijiet tas-Sette Giugno, fis-7 ta’ Ġunju tal-1919, biex jieħdu aktar drittijiet fosthom dawk politiċi.
Il-fundaturi u l-attivisti tal-bidu, li l-maġġoranza tagħhom kienu ħaddiema t-tarzna ffurmaw il-Partit Laburista sabiex jgħin liż-żgħir u lil batut fis-soċjetà Maltija.