U wara s-success tal-ġimgħa li għaddiet, Arani Issa jerġa’ jirritorna lura illejla bi programm ieżor spettakolari. Il-ġimgħa li għaddiet Arani Issa għadda emozzjonijiet kbar u wera’ biċ-ċar li huwa tassew il-programm Malti u Għawdxi fejn tassew jiġu ċċelebrati l-valuri Maltin u Għawdxin fl-aqwa tagħhom. Il-programm tal-lejla jkompli jikkonferma dan. Tliet stejjer li ser imissu l-qlub – tliet stejjer ta’ nies tassew ta’ veru li jagħmluna kburin li aħna Maltin u Għawdxin bħalhom.
Żgur li ser tibqgħu impressjonati bl-istorja ta’ Daniel – dan iż-żgħażugħ Żabbari li fi ftit xhur – grazzi dejjem għan-nutritionist bravu ta’ Arani Issa Daniel Petre`, naqqas ‘il fuq minn 60 kilo – nuqqas ta’ piż spettakolari – Dabniel ser jirrakkonta l-mumenti diffiċli li għadda minnhom, it-tirbulazzjonijiet kollha u s-sodfisfazzjon kbir wara dan ir-riżultat.
U għaliex taħsbu li Emerin – tfajla ħelwa mill-Fgura ġiet innominata għal dan il-programm ta’ Arani Issa? Minn xhiex għaddiet din it-tfajla kuraġġuża hekk kif uriet imħabba bla tarf lejn ommha l-għażiża? u x’ sorpriża tħejjiet għaliha li ħalliet lill-istess Emerin b’ħalqha miftuħ!?
Dan u aktar fl-edizzjoni ta’ din il-ġimgħa ta’ Arani issa.