Ikomplu l-każijiet ta’ klieb abbandunati u fi stat ta’ negliġenza f’pajjiżna.
Rosalind Agius mill-Assoċċjazzjoni għall-annimali abbandunati kienet tkelmet ma’ one.com.mt dwar każijiet bħal dawn, fejn il-klieb jispiċċaw b’feruti wara li jitħallew ġranet jekk mhux xhur marbutin b’ċinġa.
Hija stqarret li l-AAA qed ikollha ħafna minn dawn il-każijiet u reġgħet għamlet l-appell tagħha biex tiġi emendata l-liġi, li tistipula kemm tista’ tkun twila ċ-ċinga tal-kelb skont il-liġi.
Filfatt, l-assoċċjazzjoni għaddejja b’kampanja ta’ għarfien dwar iċ-ċineg tal-klieb biex ikun hawn aktar għarfien fost dawk li jrabbu l-klieb.