Raġel ta’ 54 sena mill-Marsa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura li baqgħet sejra fil-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq Stiefnu Zerafa.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei.
Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qegħda ssir tfittxija għall-vetura involuta.