Il-Gvern Russu ordna lill-kuntratturi biex ix-xogħlijiet ta’ tiswija fuq l-uniku pont li jgħaqqad lir-Russja mal-Krimea, jitlestew sa Lulju li ġej.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-pont saritlu ħsara estensiva fl-isparatura li saret is-Sibt li għadda u li kawża tagħha mietu tliet persuni.
Ir-Russja waħħlet fl-Ukrajna għal dan l-attakk, iżda Kjiv ma qalitx jekk kinitx hi jew le li ordnat l-attakk.
Dan l-itwal pont fl-Ewropa joffri rotta kruċjali għall-forzi Russi fl-Ukrajna iżda vetturi kbar ma jistgħux jużawh.