L-iskumdità fost il-grupp parlamentari Nazzjonalista kompliet tiżdied fuq il-provokazzjoni li għamel il-Kap Bernard Grech lill-eks Kap Adrian Delia.
Għad-dikjarazzjoni ta’ Bernard Grech, li qal li taħtu l-Partit Nazzjonalista huwa aħjar għax ħadd mill-Grupp Parlamentari ma talab biex jinbidel il-Kap tal-Oppożizzjoni billi mar għand il-President, bosta Deputati ħassewhom skomdi jiġbdu naħa iżda, fuq kollox, ma ġibdux in-naħa tal-Kap tagħhom, Bernard Grech.
Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Ġustizzja mlaħħaq minn Bernard Grech, Karol Aquilina, ħarab milli jwieġeb għall-fatt li Adrian Delia qal li l-kejl tal-Kap huwa inġust.
Delia pront wieġbu li qed juri diżrispett lejn il-kunsilliera tal-partit u li ma għandux biex jiftaħar għax ma ttradewx lilu.
Fuq kollox, fl-aħħar intriċċi fil-partit ta’ Bernard Grech, spikka l-kumment tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, li qal li ma jinteressahx x’jgħid il-Kap.