Malta qed tokkuppa l-168 post fir-rankings tal-FIFA wara li avvanzat post grazzi għar-rebħa ta’ 2 – 1 kontra Iżrael.
Matul Settembru Malta tilfet 2 – 1 kontra l-Estonja f’partita valida mill-UEFA Nations League iżda rebħet 2 – 1 f’partita ta’ ħbiberija kontra Iżrael. B’kollox Malta gwadanjat total ta’ 3.24 punti.
Malta xorta għada tokkupa l-51 post fl-Ewropa; qabel il-Moldova li jinsabu fil-174 post, Liechtenstein fil-196 post, Ġibilta’ li jinsabu fil-204 u San Marino fil-211 post.
Fl-ewwel post tar-rankings tal-FIFA insibu lill-Brażil segwiti mill-Belġju u l-Arġentina.