Renald Farrugia, team manager tat-tim tal-Karting Great White Racing, ħabbar li sitta mis-sewwieqa tagħhom, wara suċċessi fil-kampjonat lokali, se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta f’diversi Finali Mondjali.
Wara li rebaħ il-klassi Rotax f’Malta, Owen Mangion akkwista l-biljett biex jikkompeti f’Portimao fil-Portugall bejn id-19 u s-26 ta’ Novembru.
Claude Brinact, Micah Scicluna u Kane Mallia se jikkompetu fil-Finali Rok Superfinals fis-South Garda Karting f’Lonato, l-Italja, bejn il-15 u s-16 ta’ Ottubru. Glenn Vassallo u Neville Zammit se jkunu wkoll f’Lonato biex isuqu fil-kategorija Expert.
Farrugia spjega li l-livell f’dawn it-tiġrijiet huwa wieħed għoli ħafna, iżda jinsab fiduċjuż li s-sewwieqa Maltin u l-membri tat-tim tal-Great White Racing huma preparati tajjeb.