Il-President Ukren Volodomyr Zelensky appella sabiex jiżdiedu s-sanzjonijiet kontra r-Russja fid-dawl ta’ attakki ħorox li seħħew aktar kmieni din il-ġimgħa.
F’dawn l-attakki mietu mill-inqas 19-il persuna hekk kif ir-Russja sparat missili lejn numru ta’ reġjuni fl-Ukrajna, liema attakki kienu fost l-akbar attakki mill-bidu tal-gwerra.
Dan wara laqgħa ta’ emerġenza tal-pajjiżi li huma parti mill-grupp internazzjonali G7, liema laqgħa kienet iffukata fuq l-Ukrajna.
Hawn, intlaħaq ftehim li l-pajjiżi se jkomplu jipprovdu għajnuna finanzjarja, umanitarja u militari lejn l-Ukrajna.
Intant, il-President Russu Vladimir Putin qal li dawn l-attakki huma rispons lejn splużjoni li seħħet is-Sibt li għadda fuq pont importanti li jgħaqqad ir-Russja mal-peniżola tal-Krimea.