Tard it-Tnejn filgħaxija l-MFA ħabbret li wara ftehim bejn iż-żewġ partijiet ġie deċiż li tintemm kull rabta bejn l-assocjazzjoni Maltija tal-futbol u wieħed mill-assistenti ta’ Devis Mangia, l-Urugwajan Guillermo Giacomazzi.
Huwa mifhum li f’dawn l-aħħar xhur kienet għaddejja diskussjoni bejn l-uffiċjali tal-MFA u lis-stess Giacomazzi hekk kif dan tal-aħħar wera x-xewqa sabiex jinħall mill-kuntratt li kellu u jibda avventura ġdida fuq bażi ta’ klabb.
Fl-stqarrija tagħha l-MFA irringrazzjat lil Guillermo Giacomazzi tax-xogħol tiegħu u awguratlu għal futur.
Din l-aħbar waslet ftit tal-jiem wara li l-MFA s-sospendiet lill-Devis Mangia mix-xogħol tiegħu bħala Head Coach tat-timijiet nazzjonali Maltin minħabba allegat imġieba mhux xierqa fil-konfront ta’ żewġ plejers Maltin; liema każ issa ġie referrut lis-Safe Guarding Officer tal-stess assoċjazzjoni sabiex jinvestiga l-allegazzjonijiet. Il-konklużjonijiet tal-allegazzjonijiet imressqa għandhom ikun finalizzati fil-jiem li ġejjin.