Anzjan ta’ 66 sena li jgħix in-Naxxar weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza u baqgħet sejra fil-Mosta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:15 ta’ dalgħodu, fi Triq il-Bidnija.
Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku ħa l-anzjan l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, waqt li qiegħda ssir tfittxija għall-vettura involuta.