“Shevchenko Park fiċ-ċentru ta’ Kiev bħaliissa. Probabbilment l-aktar park traffikuż tal-belt, normalment ippakkjat bin-nies u mużiċisti tat-triq” – hekk kiteb ġurnalist li bħalissa jinsab l-Ukrajna u li tella’ xeni mill-kapitali fuq Twitter, wara attakk li seħħ fl-aktar ħin bieżel tal-ġurnata, meta n-nies ikunu sejrin għax-xogħol.
Shevchenko Park in central Kyiv now. Probably the city’s busiest park, usually packed with people and street musicians pic.twitter.com/9kIS4rBiKq
— Matthew Luxmoore (@mjluxmoore) October 10, 2022
Vitali Klitschko, sindku ta’ Kiev, ikkonferma li saru diversi attakki fuq postijiet kritiċi għall-infrastruttura tal-belt.
“Hemm vittmi”, kiteb fuq Telegram. “Is-servizzi ta’ salvataġġ qed jaħdmu bla waqfien.”
Dan l-attakk isegwi l-fatt li l-President Russu, Vladimir Putin, akkuża lill-Ukrajna bl-attakk fuq il-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-Krimea, u qal li dan kien “att ta’ terroriżmu”.