Max Verstappen ikkonferma ruhu bħala ċ-champion tal-Formula 1 hekk kif dalgħodu rebaħ il-Grand Prix tal-Ġappun. Bir-rebħa tal-lum, Verstappen għandu ċ-ċertezza tar-rebħ tal-kampjonat ta’ din is-sena.
It-tellieqa kienet waħda iqsar mis-soltu kawża tal-maltemp u x-xita li għamlet, b’29 lap minn total ta’ 53. Kien hemm inċertezza wkoll dwar jekk is-sewwieqa kienux se jieħdu nofs il-punti jew il-punti kollha tant hu hekk li Perez dam ftit ma’ kellu ċ-ċertezza tar-rebħ tat-tieni kampjonat tiegħu.
Fi-tieni post wara Verstappen spiċċa Charles Leclerc fuq Ferrari iżda dan sofra ħames sekondi ta’ penalita’ u b’hekk niżel fit-tielet post. Ghldaqstant is-sewwieq l-ieħor ta’ Red Bull Sergio Perez tela’ fit-tieni post tal-podium. Segwew fl-ordni Esteban Ocon u Lewis Hamilton.
L-ewwel għaxar sewwieqa fil-GP tal-Ġappun
1) Max Verstappen (Red Bull)
2) Sergio Perez (Red Bull)
3) Charles Leclerc (Ferrari)
4) Esteban Ocon (Alpine)
5) Lewis Hamilton (Mercedes)
6) Sebastian Vettel (Aston Martin)
7) Fernando Alonso (Alpine)
8) George Russell (Mercedes)
9) Nicholas Latifi (Williams)
10) Lando Norris (McLaren)