Adrian Casha ser ikun l-ewwel Malti li jipparteċipa fit-tielet edizzjoni tal-Parkinson’s World Table Tennis Championships ġewwa l-belt ta’ Pula, il-Kroazja.
Il-logħob ta’ dawn il-kampjonati mondjali huma mifruxa fuq ħamest ijiem bejn nhar l-Erbgħa 12 t’Ottubru u l-Ħadd 16 t’Ottubru.
F’dawn l-aħħar xhur Adrian Casha kien qed jitħarreġ mid-Direttriċi tal-Malta Table Tennis Klabb Katia Mifsud, li hija wkoll il-kowċ li ser tkun qed takkumpanjah fil-parteċipazzjoni tiegħu.
It-table tennis huwa wieħed mill-aktar sport li jistimula avvanz fis-saħħa ta’ persuni li jgħixu bil-Parkinson’s u fil-fatt aktar individwi ingħaqdu mal-Malta Table Tennis Klabb sabiex jilagħbu dan l-isport li jirrkjedi ħeffa u konċentrazzjoni kbira.