Mijiet ta’ sewwieqa tal-muturi dalgħodu ngħaqdu flimkien f’ Marsaskala biex jerħulha għal dawra bil-muturi minn Marsaskala sal-Qawra.
Dan ma għamluhx għall-gost u pjaċir tagħhom biss iżda b’mod prinċipali biex iqajmu kuxjenza fix-xahar iddedikat għal aktar għarfien dwar il-kanċer tas-sider.
One News żar il-pixxina ta’ Marsaskala fejn hemm wieħed seta’ jinnota muturi ta’ kull tip mżejna bl-imkatar roża.
One News tkellem ma’ Pierre Borg, li hu wieħed mill-organizzaturi ta’ din l-attività. Hu qal li din l-attività tiġi organizzata kull sena, bl-għan ewlieni li l-flus li jinġabru jmorru għal kawża ġust.
‘L-għan ewlieni hi li dejjem nippruvaw illi inqajjmu awareness dwar il-breast cancer u prostate cancer, fost il-mard ieħor għax wara kollox. Aħna għalhekk norganizzaw, għal kawża ġusta, nippruvaw ningħaqdu kemm nistgħu bikers kemm jista’ jkun, diversi clubs fosthom tnejn kbar li meta nsejħulhom dejjem jiġu għal din l-attivita’.
L-attività ġiet organizzata wkoll mill-Fondazzjoni Marigold. Il-kampanja edukattiva annwali kellha l-għan li tqajjem kuxjenza wkoll dwar il-kanċer tal-ovarji, tat-testikoli u tal-prostata.