Żagħżugħ ta’ 25 sena minn Raħal Ġdid indarab gravi wara li waqa’ madwar tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Birkirkara.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Torri Wejter.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei minn ħaddiema li kienu fuq il-post u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.