It-team nazzjonali malti tar-Rugby League kiseb rebħa kbira ta’ 50-6 meta s-sibt wara nofs-in nhar f’Sofia għeleb lil Bulgarija f’logħba internazzjonali.
Kienet wirja kollettiva għat-team malti magħruf bħala Malta Knights u li hu mmexxi mill-kowċ Rodrick Attard.
Spikka fost oħrajn Zarrin Galea li kien protagonista fl-iskor malti.
Ir-rebħa tal-lum tkompli ma’ dik li kisbet Malta f’Mejju li għadda meta għelbet lil Montenegro 66-6.
Dan juri l-mument pożittiv tat-team nazzjonali malti tar-Rugby League li bħalissa jinsab jokkupa l-għaxar post tar-Rankings Internazzjonali.