Fil-jiem li ġejjin se tinfetaħ il-mina ġdida tal-Imrieħel, li hija twila 60 metru.
Dan tħabbar fuq il-paġna uffiċjali ta’ Infrastructure Malta, fejn intqal li għaddejja bil-ħidma biex tinfetaħ din il-mina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Infrastructure Malta qalet li din il-mina se tkun magħmula minn żewġ korsiji li se joffru rotta diretta li tgħaqqad Triq l-Imdina mal-Bypass tal-Imrieħel, fil-junction ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA.