Illum, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar seħħ inċident tat-traffiku fi Triq it-Tamar, San Pawl il-Baħar.
Ingliż ta’ 23 sena u joqgħod San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Kymco, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu, baqa’ jitkaxkar u kellu impatt ma’ Opel Corsa, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Mellieħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.