Kull sena fl-ewwel Ġimgħa ta’ Ottubru, jiġi mfakkar il-famuż ‘smiley face’ isfar: dak il-wiċċ jitbissem li kulħadd jużaħ għaliex tant sar popolari fid-dinja virtwali.
Il-Jum Dinji tat-Tbissima jservi biex ifakkar fl-importanza li wieħed jitbissem u jestendi dan l-att sempliċi ta’ pożittività lejn ħaddieħor.
Jekk xi ħadd jitbissemlek, illum tbissimlu lura.
It-tema tal-Jum Dinji tat-Tbissima tibqa’ l-istess kull sena – ‘agħmel att ta’ ġenerożità biex tgħin lil persuna waħda titbissem’.
Il-Jum Dinji tat-Tbissima beda grazzi għal Harvey Ball, li kien intiż fis-sengħa u fin-negozju. Minn Worcester f’Massachusetts, huwa magħruf bħala dak li ħoloq l-Ismiley Face fis-sena 1963.
Kien fl-1999 li sar l-ewwel Jum Dinji tat-Tbissima, u minn dakinhar saret tradizzjoni kull sena. Wara li Harvey miet fl-2001, inħolqot fondazzjoni li tfakkar il-memorja tiegħu, magħrufa bħala l-“Harvey Ball World Smile Foundation”.
L-għan tal-Fondazzjoni Smile huwa li “ittejjeb din id-dinja, tbissima wara oħra”.
Sal-lum, il-Fondazzjoni hija l-patrun uffiċjali tal-Jum Dinji tat-Tbissima: dimostrazzjoni sempliċi ta’ ġenerożità.