Il-Malti jgħid: tajjeb għax tajjeb, u tajjeb għax b’xejn.
Din donna hija l-attitudni li biha marru jieklu grupp ta’ persuni Taljani fl-istabbiliment ta’ Sean Gravina f’San Ġiljan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tajjeb li gawdew huma, madanakollu, sewa qares lil sid l-istabbiliment, li servihom u spiċċa jħallas għall-ikla tagħhom minn butu.
Gravina qal li qed ixerred ritratt tagħhom biex isservi ta’ lezzjoni għal nies oħra, f’każ li jipprovaw jirrepetu dan l-att.
Kull min jista’ jkollu xi informazzjoni huwa mitlub li jgħaddiha lill-Pulizija.