F’dan tmiem il-ġimgħa se jkun qed jintensifika l-forza tar-riħ. Il-forza tar-riħ mistennija titla’ Forza 6 għada filwaqt li se tkun qed titla’ sa Forza 7 is-Sibt u terġa’ tinsel għall-Forza 6 il-Ħadd, dan skond FirstMalta, sit indipendenti tat-temp.
Il-baħar se jkun qed ikollu mewġ qawwi kawża tar-riħ, dawn mistennija jitilgħu sa ħames metri b’mod partikolari s-Sibt.
Is-sit qed twissi biex dawk kollha li għandhom xi xogħol pjanat fuq barra, biex jipposponuh, dan hekk kif ir-riħ jaf joħloq aktar periklu.