Bħalissa hawn 1,955 persuna li qed tibbenefika minn skont fuq il-kera tal-linja tat-telefown tar-residenza tal-anzjan.
Dan huwa servizz li jibbenefikaw minnu persuni anzjani li għandhom 60 sena ’l fuq u li għandhom il-Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
L-applikant irid ikollu servizz ta’ linja fissa tat-telefown tal-Go plc, u is-servizz ma jridx ikun marbut b’xi kuntratt jew b’xi pakkett ta’ servizz ieħor tal-Go plc.
Din l-informazzjoni ġiet ikkomunikata fil-Parlament mill-Ministru reponsabbli mill-Anzjanità Attiva.
Li persuni anzjani jżommu kuntatt, anke permezz tat-telefown, hija importanti ħafna sabiex dawn jibqgħu aġġornati ma’ qraba u ħbieb, filwaqt li dan jgħin biex jiġi evitat sentiment ta’ iżolament u biex l-anzjani jibqgħu pożittitivi.