L-istrajk tal-ġuħ ta’ Alfred Degiorgio jidher li ntemm hekk kif deher dieħel il-Qorti flimkien ma’ ħuh George, li qed ikunu akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, biex jappellaw mill-ġdid ħalli l-ġuri jiġi pospost.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, iż-żewġt irġiel fetħu kawża kostituzzjonali fejn iddikjaraw id-dritt tagħhom biex ikollhom smigħ xieraq, u allura l-ġuri għandu jkun pospost.
Matul it-tmiem il-ġimgħa li għadda, Alfred Degiorgio għamel strajk tal-ġuħ fil-ħabs u kellu jiddaħħal l-isptar għaliex it-tobba qalu li saħħtu kienet qed tiddeterjora.
Minkejja dan, jidher li rkupra hekk kif il-Ħamis filgħodu deher dieħel il-Qorti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI