Il-President ta’ Malta, George Vella, żar Dar il-Mediterran, il-Belt, biex isegwi l-aħħar preparamenti loġistiċi li qed isiru biex kollox ikun lest għal għada, meta pajjiżna jilqa’ lill-Presidenti mhux Eżekuttivi tal-Istati membri l-Unjoni Ewropea għal-laqgħa annwali tagħhom li tissejjaħ Arraiolos.
Din il-laqgħa saret għall-ewwel darba 19-il sena ilu fil-Portugall, u baqgħet issir kull sena ħlief fl-2020. Fost oħrajn, f’Malta mistennija jiġu diskussi suġġetti komuni bħat-tibdil fil-klima u l-gwerra fl-Ukrajna.
Il-Presidenti li għada se jkunu preżenti għal din il-laqgħa f’Malta huma dawk ta’ Malta, tal-Estonja, tal-Ġermanja, tal-Greċja, tal-Ungerija, tal-Irlanda, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Polonja, tal-Portugall, tas-Slovakkja, u tas-Slovenja.
Din hija t-tieni darba li l-Arraiolos qed issir f’Malta. L-ewwel darba li ġiet organizzata f’pajjiżna kien fl-2017.