F’Varsavja l-Polonja, fejn il-Ministru Byron Camilleri qed jattendi għal-laqgħa tal-Forum tas-Sigurtà, il-Ministru Camilleri żamm laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Belarus Sviatlana Tsikhanouskaya.
Tul din il-laqgħa ġiet diskussa s-sitwazzjoni ġewwa l-Belarus u l-isforzi tal-Unjoni Ewropea, li Malta tappoġġa, sabiex iżomm kuntatt u diskussjoni għaddejja mas-soċjetà ċivili f’dan il-pajjiż sabiex jerġgħu lura għan-normal id-drittijiet bażiċi li jiggwidaw kull demokrazija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru Camilleri tenna li Malta se tibqa’ tappoġġa l-isforzi li qed isiru għal Belarus billi tappoġġa wkoll ix-xogħol li qed isir mill-OSCE u anke l-Kunsill tal-Ewropa.