L-alleati ta’ Alexei Navalny, il-kritiku ewlieni tal-President Russu, ħabbru li se jerġgħu jingħaqdu u jistabilixxu netwerk ta’ gruppi madwar ir-Russja.
L-istess alleati qalu li issa huwa ż-żmien opportun hekk kif il-gvern Russu ddgħajjef bil-gwerra fl-Ukrajna.
L-eks direttur tal-fondazzjoni ta’ Navalny qal li Putin qajjem il-maġġoranza li kienet siekta, għalhekk, se jerġa’ jiġi stabbilit in-network sabiex jiġġieled il-mobilizzazzjoni u l-gwerra.
Alexei Navalny kien intbagħat il-ħabs f’Jannar tal-2021 fuq akkużi li qed jitqiesu li huma motivati politikalment. Fil-fatt, ħafna nies qrib ta’ Navalny kienu ħarbu mir-Russja u għalhekk, il-forza kontra l-gvern Russu kienet sfaxxat.