Annabelle Weiss, anzjana ta’ 92 sena mill-Istati Uniti, kienet iżżomm lura milli toħroġ barra mid-dar, iżda meta ngħatat kelb tas-servizz ħajjitha inbidlet għall-aħjar.
Annabelle u Joe, il-kelb tar-razza Golden Retreiver, huma inseparabbli u bis-saħħa tiegħu għamlet il-kuraġġ biex terġa’ tieħu ħajjitha lura.
“Biddilli ħajti, mhux biċ-ċajt! Mingħajru kieku d-dar għadni. Issa n-nies iċempluli d-dar u ma jsibunix,” qalet bi tbissima fuq fommha.
Fl-età ta’ 20 sena, Weiss daħlet mal-US Marines fejn għammlet sentejn taħdem bħala xufier u kif ukoll tiċċekja l-magni tal-ajruplani. Wara sentejn ta’ servizz, Weiss bdiet taħdem bħala infermiera fejn tul l-karriera tagħha kellha saħansitra ġlieda kontra l-kanċer, li fortunatament rebħitha.
Issa ż-żewġt iħbieb saru inseparabbli u fejn tmur hi, imur hu u viċi versa.
Annabelle temmet tgħid “Ma nqisux bħala l-kelb tiegħi, iżda bħala l-iben li qatt ma kelli.”