Caffe’ Moak Luxol rebħu s-Super Cup tan-Nisa meta fil-finali għelbu lil Hibernians 82 għal 52.
Luxol kellhom wirja mill-aqwa hekk kif rebħu s-sessjonijiet kollha. Huma rebħu dan l-uniur għad-disa’ darba fl-istorja.
Huma rebħu l-ewwel sessjoni 28-16. It-tieni sessjoni intemmet 19-12 dejjem favur Luxol.
Hiberninas ippruvaw iżidu l-pressjoni fl-aħħar żewġ sessjonijiet, iżda Luxol għarfu jikkontrollaw biex rebħu t-tielet u r-raba’ sessjoni rispettivament bi skors ta’ 17-13 u 18-16.
L-aħjar skorer għal Luxol kienet Ashleigh Van Vliet b’16-il punt. L-aħjar skorer għal Hibernians kienet Gladiana Avila bi 28 punt.
Fi tmiem il-finali il-president tal-MBA Paul Sultana ippreżenta t-tazza lil captain ta’ Luxol Mandi Mercieca.