Ic-champions tal-Basketball lokali Starlites FIJO rebħu l-ewwel unur tal-istaġun il-ġdid hekk kif fil-finali tas-St James Hospital Super Cup għelbu lil Mellieħa Libertas Spalding 73-67.
Kienet finali kumbattuta u ta’ preludju għal staġun interessanti.
Kienu Mellieħa li fetħu tajjeb hekk kif rebħu l-ewwel sessjoni 21 għal 16. Kumbattuta ħafna t-tieni sessjoni li ntemmet fi skor ta’ 21 għal 20, dejjem favur Mellieħa.
Iżda Starlites irreaġixxew fit-tielet sessjoni, mgħejjuna wkoll mit-tkeċċija tal-amerikan ta’ Mellieħa Connor Zinaich fit-tieni taqsima. Starlites rebħu t-tielet sessjoni 22 għal 7.
L-aħħar sessjoni reġgħet kienet waħda bilanċjata li ġiet mirbuħa minn Mellieħa 18 għal 15. Biss dan ma kiex biżżejjed għalihom biex isalvaw ir-riżultat.
L-aħjar skorer għal Starlites kien Darius George b’25 punt
Għal Mellieħa l-aħjar skorer kien Isaac Bonnet bi 15-il punt.
Logħba li ġiet ikkontrollata mir-referees Bernard Vassallo, Ionut Ciurariu u Dobrosaviljevic
Fi tmiem il-finali il-president tal-MBA Paul Sultana ippreżenta t-tazza lil captain ta’ Starlites Alec Felice Pace.