Il-Prim Ministru Robert Abela ħatar lill-Onorevoli Glenn Bedingfield biex f’isem il-grupp Parlamentari tal-Gvern jikkordina proċess ta’ tfassil ta’ proposti li jaġġornaw l-istanding orders tal-Parlament Malti. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Fl-istqarrija ntqal kif il-Gvern għandu mandat biex ikompli jimmodernizza s-sistema parlamentari ta’ pajjiżna u t-tħaddim tal-istanding orders huwa mod ieħor kif il-parlament jista’ jsir iktar effiċjenti, effettiv u modern f’ħidmietu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-PL spjega kif il-pakkett ta’ proposti, li se jħares lejn l-aspetti kollha, imbagħad ikunu diskussi fil-fora parlamentari bil-pożizzjoni tal-grupp parlamentari tal-gvern tkun dik riflessa minn dan il-proċess dettaljat.