Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza ta’ sitt snin ħabs fil-konfront ta’ Ronnie Azzopardi, li kien instab ħati li f’Ottubru tal-2003 ipprova joqtol lil Kevin Attard u lil Josef Tabone fi sparatura f’Bormla.
Fil-Qorti, Ronnie Azzopardi nstab ħati li spara tliet tiri lejn karozza Mercedes misjuqa minn Kevin Attard f’Bormla.
Dan wara argument fuq karozza ta’ ħu l-imputat, Jason Azzopardi li kien inqatel fl-2001.
Azzopardi qiegħed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs dwar qtil li seħħ 17-il sena ilu fiż-Żejtun, meta Angela Bondin inqaltlet intortament b’bomba li tpoġġiet f’borża taż-żibel bl-intenzjoni li joqtol lill-eks sieħba.