Meta fadal tliet ġimgħat biss għar-Rolex Middle Sea Race, hemm stennija għal kompetizzjoni affaxxinanti oħra. Il-lista ta’ dħul bħalissa hija ta’ 120 jott li jirrappreżentaw 25 pajjiż. Filwaqt li l-Covid m’għadux daqshekk fl-aħbarijiet, hemm ħafna inċertezzi oħra fid-dinja iżda, għal darb’oħra, it-tellieqa klassika ta’ 606 mil nawtiku qed tikkonferma l-appell globali tagħha. Il-bidu mill-Port il-Kbir, il-Belt Valletta nhar is-Sibt 22 ta’ Ottubru.
Il-firxa tal-flotta hija kbira. Fost il-flotta hemm 112 monohulls, 8 multihulls (inklużi ħames trimarans ta’ 21 metru), l-akbar jott: Leopard 3 ta’ 30.48m, l-iżgħar jott: Cuorematto ta’9.5m. L-ikbar numru ta’ parteċipanti minn pajjiż wieħed huma b’27 mill-Italja, segwit minn Franza b’ 19, l-aktar jott li ġie mill-bogħod: High Five minn New Zealand u Maverick mill-Awstralja; u 11-il entrata double handed idejn fosthom Jonathan McKee, rebbieħ ta’medalja Olimpika, għal darbtejn fuq Red Ruby mill-Istati Uniti.
Multihulls
Mistennija konfront bejn il-Maserati Multi 70 ta’ Giovanni Soldini, u Mana ta’ Riccardo Pavoncelli, rebbieħ tal-MOCRA handicap mmexxi minn Paul Larsen; Zoulou (FRA) misjuq minn Erik Maris, kif ukoll l-jott Amerikan ta’ Frank Slootman Snowflake u l-Axciss ta’ Cosimo Malesci.
Monohulls
Kif wieħed jistenna, il-flotta monohull hija taħlita vera ta’ ekwipaġġi professjonali u dilettanti cruiser/racers. Hemm dawk bl-ambizzjoni li jirbħu t-trofew tar-Rolex Middle Sea Race fuq IRC Time Correction u dawk li għadhom kemm qed jipparteċipaw għall-isfida.
Il-jott ta’ 18.28m, ta’ Marton Josza Wild Joe, huwa wieħed mill-ekwipaġġi bl-aktar esperjenza. “Il-Wild Joe Sailing Team qed jikkompeti fit-tellieqa għall-ħdax-il darba,” skont Josza. “L-istess ekwipaġġ Ungeriż ukoll lesta d-distanza darbtejn f’dgħajsa differenti u iżgħar, għalhekk din hija l-14-il Rolex Middle Sea Race li qed nibdew b’dan l-ekwipaġġ.”
Wieħed mill-iżgħar jottijiet fil-flotta, Bohemia Praha Vachelboat hija JPK 10.30 mill-Kroazja. L-ekwipaġġ tiegħu huwa magħmul minn Ondřej Vachel u Pavel Roubal. Il-jottijiet JPK ta’ spiss marru tajjeb fit-tellieqa minn meta dehru għall-ewwel darba fl-2016, meta Noel Racine u Foggy Dew, JPK 10.10, spiċċaw fir-raba’ post.
Eroj lokali
L-interess Malti huwa konsiderevoli. L-ekwipaġġi mill-gżira rebħu t-tellieqa f’disa’ okkażjonijiet. L-aktar rebħiet reċenti kienu fl-2019 u l-2020 ma’ Elusive 2, li reġa’ daħal din is-sena. Xi 12-il reġistrazzjoni b’bandiera Maltija ser jikkompetu fl-2022. Filwaqt li d-drittijiet għal ftaħir lokali huma importanti, kemm jekk tkun l-ewwel ekwipaġġ Malti li jispiċċa t-tellieqa jew l-jott li jidħer fl-ogħla klassifika fuq handicap, ir-rebħ tat-trofew tar-Rolex Middle Sea Race qatt mhu ‘l bogħod mill-moħħ tal-parteċipanti.
L-iżgħar jott li rebaħ it-tellieqa fl-aħħar 20 sena huwa l-10.75m Market Wizard minn Malta fl-2002. Waħda mill-iżgħar dħul din is-sena hija l-9.94m J/99 Calypso, misjuq minn Sebastian Ripard, li l-ewwel tiġrija tiegħu kienet fuq Market Wizard. Ripard, li issa jinsab fis-16-il tellieqa tiegħu, huwa ċar x’jieħu gost: “Naħseb li l-iktar ħaġa ewlenija hi li nitfi t-telefon tiegħi għal ftit jiem u niġi kkunsmat totalment kemm mit-tlielaq u mill-kompetizzjoni, kif ukoll mill-avventura li nkun barra fuq il-baħar għal ftit jiem f’firxa ta’ kundizzjonijiet li jvarjaw minn sħan u bla nifs għal selvaġġi u maltemp.”
“Din is-sena qed niġru b’ekwipaġġ simili għas-sena li għaddiet,” jispjega Ripard. “Jien u Daniel Calascione, bħala ko-kaptani, u mbagħad erba’ baħrin żgħażagħ Maltin oħra ta’ kwalità għolja: Fabio Galea, Saul Vassallo, Kris Borg Nicholas u Sam Pizzuto.”
Ġdid għat-tiġrija huwa l-jott Corona, ta’ Luis Azzopardi u Sara Baldwin. “Ir-Rolex Middle Sea Race hija l-ħolma ta’ kull baħri,” qalet Baldwin. “Huwa magħruf li din it-tellieqa hija waħda mill-aktar tiġrijiet ta’ sfida iżda ta’ sodisfazzjon fil-Baħar Mediterran.” L-ekwipaġġ tal-Corona jinkludi taħlita ta’ baħrin b’esperjenza fit-tlielaq offshore, u Baldwin qedha jistenna bil-ħerqa li jieħdu sehem: “Id-determinazzjoni, id-dedikazzjoni u r-rieda huma l-forzi li jmexxu t-tim tagħna. Aħna nimmiraw li mmorru tajjeb, billi nżommu f’moħħna s-sigurtà ta’ kulħadd abbord u d-dgħajsa nnifisha.”
It-43 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race se tibda nhar is-Sibt, 22 ta’ Ottubru 2022, bl-ewwel sinjal ta’ twissija fl-10.50 CEST. It-tellieqa se tixxandar diretta kemm fuq Facebook kif ukoll fuq YouTube, u tixxandar fuq TVM (Malta), mill-10.30 CEST.