Fit-tmiem il-ġimgħa r-ritorna l-logħob mill-Kampjonat Premier bit-timijiet ta’ Hamrun Spartans u Birkirkara jżommu l-momentum b’saħtu tagħhom meta għelbu lill-Floriana u Valletta rispettivament.
Fl-ewwel logħba tas-Sibt f’Ta’ Qali, Hamrun Spartans skorjaw gowl f’kull taqsima sabiex taw it-tieni telfa staġjonali li Floriana f’logħba li d-dominaw għal ħafna ħinijiet iżda ma għarfux jagħlqu l-partita kmieni.
Rebħa importanti matul il-ġurnata tas-Sibt irreġistrawa Gudja United li kontra St. Lucia skorjaw tlett darbiet u komplew jikkonfermaw il-mument pożittiv li għaddejjin minnhu. B’din ir-rebħa Gudja issa għandhom tlettax il-punt. Marsaxlokk rebħu l-ewwel partita tal-staġun meta għelbu lill-Żebbuġ 3 – 0 biex ħallew lill-dawn tal-aħħar ankrati fil-qiegħ tal-klassifika flimkien ma’ Pieta Hotspurs li min naħa tagħhom ġew megħluba minn Gżira United 4 – 0 matul il-ġurnata tal-Ħadd.
Punt kull wieħed ħadu Mosta u Sirens meta s-sibt wara nonfsinhar temmew il-konfront f’parita ta’ 1 – 1.
F’partita oħra mistennija, Birkirkara komplew jikkonsolidaw posthom f’ras il-klassifika meta kontra Valletta rebħu 3 – 0, bil-partita timmaterjalizza fit-tieni 45 minuta b’żewġ gowls fl-aħħar kwarta.
Fl-aħħar partita tal-ħames ġurnata, ċ-ċampjins Hibernians ir-ritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Balzan FC 2 – 0, b’żewġ gowls fl-ewwel kwarta tal-partita.
Ritratt: Mark Mangion