Raġel ta’ 37 sena minn Ħal Kirkop jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ dalgħodu fi Triq Reġjonali, direzzjoni lejn it-Tramuntana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-ħabta saret bejn mutur tal-għamla Kawasaki Ninja misjuqa mir-raġel u karozza tal-għamla Mazda 2 misjuqa minn raġel ta’ 33 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.