Tal-inqas 174 persuna mietu wara li nqabdu f’irvell waqt logħba futbol fl-Indoneżja. L-uffiċjali tal-pulizija qalu li dan kien wieħed mill-agħar diżastri li qatt saru fil-grawnds tal-futbol fid-dinja.
Ġie rraportat li dan seħħ wara li partitarji miż-żewġ timijiet tal-futbol li huma rivali niżlu ġol-grawnd għall-ġlied u l-pulizija bdiet tispara l-gass tad-dmugħ biex tikkontrolla l-folla. Madwar mija u tmenin persuna sofrew ukoll xi ġrieħi wara li ħafna nies bdew jgħaffġu fuq xulxin biex jaħarbu.
Il-Ministru għas-sigurtà tal-Indoneżja qal li fil-grawnd kien hemm iktar minn erbat elef ruħ żejda.
Il-President Indoneżjan Joko Widodo ordna li l-logħob tal-futbol fl-Indoneżja jitwaqqaf immedjatament sakemm titlesta l-investigazzjoni.
Il-Fifa, il-Korp Governattiv tal-futbol fid-dinja, ikkundannat dan l-aġir mill-pulizija u qalet li l-ebda gass m’għandu jintuża biex tiġi kkontrollata sitwazzjoni bħal din.