Izuchukwu Nwakaeze, Niġerja ta’ 23 sena intbgħat disa’ snin u sitt xhur ħabs apparti li kien ordnat iħallas €10,000 multa. Dan wara li nstab ħati li seba’ snin ilu pjana biex jittraffika d-droga, kien fil-pussess tar-reżina tal-kannabis, hedded, ħebb u ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija.
Il-każ imur lura għal-2009, mara li kienet instabet b’kapsuli tad-droga, ikkollaborat mal-Pulizija biex jinqabad l-akkużat li kellha tasallu din id-droga. Il-mara kienet ttieħdet quddiem il-lukanda li kellha tiltaqa’ man-Niġerjan, wara li hi kienet vjaġġat minn Spanja għal Malta bil-kapsuli fl-stonku tagħha.
Hekk kif iltaqgħu quddiem il-lukanda, il-Pulizija intervjeniet u darab ħafif lil wieħed mill-Pulizija. Fi tfittxija fl-appartament tiegħu nstabu laptop, sustanza suspettata bħala raża tal-kannabis, bagalja b’qiegħ dopju mqatta’ u żewġ mobiles.
Fil-Qorti l-akkużat sostna li huwa kien rreżista l-Pulizija għax kien pajżana u ma kinx jaf li huma Pulizija, dan minkejja li huma kienu indikawlu. Huwa kkonferma li l-kannabis u l-flus li nstabu fl-appartament kienu tiegħu.