Bis-sehem tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, nhar il-Ħadd li ġej l-Partit Laburista se jorganizza l-ewwel attività politika tal-Ħadd wara r-rebħa storika fl-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu li għadda.
L-attività politika se ssir fiċ-Ċentru Laburisa ta’ Raħal Ġdid fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu, u l-istedina hija miftuħa għal kulħadd.
ONE News tkellem mas-Segretarju Organizzativ tal-Partit Laburista, il-Perit William Lewis, li spjega kif kollox jinsab lest biex il-Ħadd li ġej, kulħadd jisma’ l-messaġġ tal-Prim Ministru.
Qal, “Nhar il-Ħadd il-PL u Raħal Ġdid jerġa’ jilqa’ l-partitarji laburisti biex jingħaqdu magħna għall-attività politika li se nkunu qed nagħmlu f’Raħal Ġdid. Din se tkun l-ewwel attività wara r-rebħa ta’ Marzu u ftit jiem qabel il-budget li se jkun fl-24 ta’ Ottubru. Għaldaqsant inħeġġeġ lil dawk kollha li qed isegwuna biex jingħaqdu magħna u jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela.”